Abdur Rauf ta’ 30 sena mill-Pakistan iżda residenti f’Napli, l-Italja qed jinżamm taħt arrest hekk kif il-qorti pperseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud ma laqetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest li għamlet l-avukat tal-imputat, Yanika Bugeja. Il-ħelsien mill-arrest ma ntlaqax minħabba l-fatt li l-imputat ma għandux fejn joqgħod. L-arrest sar waqt li r-raġel kien se jaqbad titjira lejn l-Italja b’passaport falz.
Rauf, li ġie Malta biex jaħdem, jiċħad li kien jaf li l-passport li kien xtara kien iffalsifikat. Bħal bosta oħra qablu, Il-Pakistan qal li xtara d-dokument għas-somma ta’ €500 mingħand persuna li ma jafx. Huwa rrimarka li l-Qorti għandha tireaġġixxi dwar dan il-każ u oħrajn simili filwqt li kompla jinsisti li hu ma għamel xejn ħażin.