Eli, it-tifel ta’ 12-il sena li l-Ħadd li għadda kien involut fl-inċident fatali li fih tilef lil ommu Fallon u lil nanntu Graziella ħareġ mill-isptar wara li l-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-aħjar.
Kienet zitu Andonia Mallia li tat din l-aħbar sabiħa fuq il-profil tagħha ta’ Facebook.
“Thanks God Eli was released from hospital today”, kitbet Andonia li lbieraħ ftit wara l-funeral ta’ ommha u oħtha wegħedithom li kienet se tieħu ħsieb iċ-ċkejken Eli.