DIRETT: It-tifkira tal-ħasil tar-riġlejn fil-Konkatidral ta’ San Ġwann – One News

Notifiki

DIRETT: It-tifkira tal-ħasil tar-riġlejn fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

Din is-sena  waqt it-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jaħsel riġlejn 16-il persuna li ħafna minnhom missew mas-servizzi li Caritas Malta toffri lis-soċjetà. Dawn jinkludu ġenituri ta’ wlied li għamlu programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga fi ħdan Caritas, romol u separati, klijenti u voluntiera ta’ Caritas, u koppji miżżewġa mill-parroċċi tal-Iklin u ta’ Santa Luċija li fihom saret Viżta Pastorali matul l-aħħar xhur.

Matul din is-sena l-entità tal-Knisja Caritas Malta qed tfakkar il-50 anniversarju mit-twaqqif tagħha kif ukoll it-30 anniversarju mill-ftuħ tal-komunità terapewtika tal-komunità ta’ San Blas.
Il-ħasil tar-riġlejn huwa ġest li bih, b’mod simboliku, iċ-ċelebrant iwettaq il-kmand ta’ Ġesù lill-appostli fl-aħħar ċena. Dan il-ġest jisħaq dak li Ġesù ried li jkun il-qofol tal-ħajja ta’ dawk li jemmnu fih, jiġifieri li jħobbu lill xulxin b’mod konkret li jidher fil-qadi ta’ kulħadd mingħajr interessi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend