Roderick Farrugia ta’ 37 sena minn Santa Luċija ġie kkundannat tliet xhur ħabs sospiżi għal sena, wara li nstab ħati li fil-lejl ta’ bejn l-4 u l-5 ta’ Ġunju ta’ ħames snin ilu ffastidja lil Alexandra Chetcuti.
Fil-Qorti ntqal li dakinhar li seħħ il-każ, il-mara ċemplet lill-pulizija li f’nofs ta’ lejl wara li sabet lil Farrugia wara l-bieb ta’ barra. Jidher li Farrugia ried jidħol f’darha biex ikollu x’jaqsam magħha.
Minkejja t-twissijiet tal-Pulizija, Farrugia reġa’ mar iħabbtilha fuq il-bieb ta’ barra.
Għaldaqstant, minbarra s-sentenza sospiża, il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma, binha u l-familja tagħha.