Matthew Camilleri ta’ 32 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli b’serq ta’ flus, ġojjelli u oġġetti oħra minn appartament f’Ħ’Attard, fi Frar li għadda.
Il-prosekuzzjoni fil-Qorti spjegat li Camilleri jidher f’filmati ta’ kameras tas-sigurtà, kif ukoll sistemi ta’ lokalizzazzjoni tal-mowbajl juru li verament kien f’dik iż-żona fil-ħin tas-serqa.
Camilleri, li diġà kien miżmum hekk kif għaddej proċeduri oħra ta’ numru ta’ serqiet fejn qed jaffaċċja xejn inqas minn 27 akkuża, baqa’ jinżamm taħt arrest.