Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu impenjati f’ħidma biex jitfu nirien kbar li tkebbsu fi struttura tal-injam f’Manoel Island.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-7:45 meta allegatament xi persuni taw in-nar stabbilment f’Manoel Island.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.
In-nirien tant kienu kbar, li kkawżaw dħaħen kbar li setgħu jintlemħu minn inħawi fil-qrib, fosthom mill-Belt.