B’investiment ta’ €60,000, aktar minn tmenin familja li jgħixu f’għaxar blokok ta’ appartamenti fl-Imsida ser jgawdu minn xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ.
F’konferenza tal-aħbarijiet fl-qasam tad-djar, is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdeldes qal li l-Gvern ffinalizza ftehim għal tisbiħ ta’ ħames blokok mill-ħmistax-il blokka li għandu l-Gvern għall-akkomodazzjoni soċjali fl-Imsida.
“Fost ix xogħlijiet li hemm hemm il-bdil tal-membranes, tindif ta’ soqfa, manutenzjoni partijiet tal-komun, tibdil tar-railings – dawn l-affarijiet li jagħmlu ħafna sens ta’ ħajja aħjar liċ-ċittadini,” spjega s-Segretarju Parlamentari.
Ix-xogħlijiet mistennija li jsiru fil-binjiet li jinsabu fit Triq il-Wied, fi Triq il-Balliju Guttenberg kif ukoll fi Triq il-Kunċizzjoni. Dan il-proġett ser ikun possibbli għall-koperazzjoni li sab il-Gvern mingħand il-Kunsill tal-Imsida.
Is-Sindku tal-Imsida Margareth Baldacchino qalet li dawn ix-xogħlijiet se jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti.
“Dawn it-80 familja ħa jiggwadanjaw minn fondi speċjali biex jagħmlu manutenzjoni fil-blokki tagħhom fosthom tikħil, intercom – kollox fejn hemm il-komun – tranġar ta’ twieqi u aperturi dan ħa jfisser għalihom għejxien, ambjent u stil aħjar,” qalet is-Sindku.
Dan ix-xogħol huwa parti minn proġett ambizzjuz tal-gvern li jagħti nifs ġdid lill qasam soċjali u huwa għalhekk li din l-inizjattiva ġiet estiża għall-ħames blokok ta’ appartmenti oħra.
Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon qal li b’dan il-ftehim ir-residenti se jkollhom rwol ċentrali għax se jkunu huma li jiddeċiedu l-manutenzjoni li hemm bżonn, permezz ta’ amministratur magħżul minnhom.