Taf għaliex kienet tneħħiet il-bandiera minn id l-Irxoxt? | One News

Notifiki

Taf għaliex kienet tneħħiet il-bandiera minn id l-Irxoxt?

Fil-Birgu fi żmien il-ħakma Franċiża (1798-1800) il Bandiera ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann b’salib abjad fuq sfond aħmar kienet miżmuma f’id il-vara ta’ Kristu Rxoxt kif fil-fatt għadha tkun sa llum.

Madanakollu fi żmien it-tmexxija Franċiża, din il-bandiera tneħħiet minn ma’ id il-vara u minflok tpoġġiet werqa tal-palm biex ma jurtawx lill-Franċiżi.

Dan naturalment sar għaliex il-Maltin kienu jafu li fi żmien imsemmi Franza kienet l-akbar għadu tal-Kavallieri ta’ San Ġwann għal bosta raġunijiet u ovvjament il-bandiera li sal-lum insejħulha tar-reliġjon, kienet u għadha marbuta mal-Ordni.

Il-palma dehret ferm aktar addattata peress li hija s-simbolu tal-martirju u Kristu kien martri b’mod universali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend