Persuna ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tas-7.00 seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anġ Borġ f’San Ġiljan.
Jidher li seħħet ħabta bejn żewġ vetturi tant li anke ntlaqtu vetturi pparkjati.
L-impatt sar bejn vettura tat-tip Peugeot 3008 misjuqa minn persuna mill-Korea ta’ 45 sena residenti Żejtun u vettura tat-tip Toyota Toyace misjuqa minn persuna ta’ 37 sena residenti Raħal Ġdid.
Fil- vettura Peugeot 3008 kien hemm passiġġier ta’ nazzjonalità barranija li sofra xi ġrieħi waqt dan l- inċident.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil passiġġier l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.