Franċiż jagħti mitt miljun ewro biex jerġa' jinbena n-Notre Dame | One News

Notifiki

Franċiż jagħti mitt miljun ewro biex jerġa’ jinbena n-Notre Dame

Biljunarju Franċiż François-Henri Pinault qal ilbieraħ filgħaxija li hu u l-familja tiegħu ddeċidew li jagħtu 100 miljun ewro biex jgħinu fir-rikostruzzjoni tan-Notre Dame ftit siegħat wara l-inċident katastrofiku li seħħ.

“Missieri u jien ddeċidenja li nagħtu s-somma ta’ 100 miljun ewro mill-fond Artemis biex inkuun qed nipparteċipaw fir-rikostruzzjoni kompluta ta’ Notre Dame”, qal Pinault fi stqarrija.

François-Henri Pinault huwa ċ-ċermen tal-grupp internazzjonali lussuż Kering li tinkludi Gucci u Saint Laurent kif ukoll president tal-kumpanija Groupe Artemis li hija s-sidt ta’ dar popolari tal-irkant: Christie’s.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend