FILMAT: Il-Pulizija b'raid tad-droga f'Ħal Qormi | One News

Notifiki

FILMAT: Il-Pulizija b’raid tad-droga f’Ħal Qormi

Raġel li magħruf sew mal-pulizija ġie arrestat waqt rejd li sar mill-pulizija f’garaxx Ħal Qormi.

Kien għal ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar, meta l-pulizija mill-Iskawdra ta’ kontra d-Droga wettqet rejd f’garaxx fit-Triq il-Mejjilla, f’Ħal Qormi.

Kienu ġimgħat ta’ osservazzjonijiet u investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar suspett ta’ traffikar ta’ droga li l-Pulizija arrestat lil Renald Baldacchino ta’ tmeinja u tletin sena li diġà qed iħabbat wiċċu ma’ akkużi ta’ traffikar ta’ droga.

Mill-garaxx, li fuqu hemm imwaħħla erba’ cameras tas-sigurta, il-pulizija bdiet toħroġ bosta affarijiet personali tas-suspettat li deher jikkopera mal-pulizija.

Il-pulizija għamlet it-tfittxijiet tagħha wkoll fil-karozza Fiat Punto ta’ kulur aħdar, li allegatament isuq is-suspettat.

Din ma kinitx l-ewwel darba li l-Pulizija tefgħet ħarsitha fuq dan il-garaxx.

Is-sena  li għaddiet il-pulizija kienet diġà għamlet rejd ieħor fl-stess proprjeta u arrestat lil Baldacchino fost għaxar persuna oħra.

Fil-qorti kien ħareġ li l-garaxx inbidel f’bejta ta’ droga u  kien jintuża biex tinxtara jew tittieħed id-droga.

Baldacchino li ngħad li għandu problema ta’ droga, kien ġie akkużat bi traffikar ta’ droga kokaina u eroina, u li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar.

F’każ separat Baldacchino kien ġie mixli wkoll li ħataf u weġġa’ persuna.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend