Il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa fil-Berġa ta’ Kastilja atleti minn dixxiplini sportivi differenti, li għamlu unur lill-pajjiżna barra minn Malta.
Fost dawn kien hemm il-Club tar-Regatta ta’ Bormla li rebħu li ir-regatta li saret f’Jum il-Ħelsien.
Tmienja u tlettin atleta ta’ bejn is-sitta u sbatax-il sena mill-Federazzjoni Maltija tal-Karate , li ipparteċipaw f’kompetizzjoni li saret fir-Renju Unit u l-atleti maltin rebħu wieħed u erbgħin midalja.
Il-Valletta Subbuteo Club li ħadu sehem fil-Gran Prix tal-Ingilterra u rebħu l-kategorija tat-timijiet.
Tmienja u tlettin atleta li ħadu sehem fil-Blackball Pool World Championship, bic-champions il-ġodda tad-dinja doubles huma maltin.
L-Atleti akkumpanjati mal-kowċs tagħhom ingħataw rikonoxximent mill-Prim Ministru għas-suċċess li għamlu għalihom kif ukoll għal Malta.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat akkumpanjat mis-segretarju parlamentari għall-isport Cliftont Grima feraħ lil dawn l-atleti u inkoraġixxa aktar persuni sabiex jipparteċipaw xi dixxiplina sportiva.