ARA: L-ewwel ritratti minn ġewwa Notre Dame – One News

Notifiki

ARA: L-ewwel ritratti minn ġewwa Notre Dame

Wara li n-nirien ġew ikkontrollati fil-Katedral ta’ Notre Dame f’Pariġi, bdew ħerġin l-ewwel ritratti minn ġewwa.

Il-kampnari ikoniċi jidher li ġew salvati. Madanakollu s-saqaf li kellu 850 bit-timbru tal-UNESCO bħala uniku spiċċa fix-xejn kif ukoll il-ponta Gotika li nqabdet fil-filmati ċċedi u taqa’.

In-navi wkoll ġew salvati filwaqt li għadu mhux magħruf x’ġara mill-orgni li kien irrestawrat ftit ilu. Ħafna qed jistennew ukoll biex isiru jafu x’ġara mill-famuża ‘rose window’ kollha ħġieġ ikkulurit li tmur lura għas-seklu 13.

Din kienet esperjenza li għalkemm storika, hija waħda ta’ dlam meta mhux biss Pariġi iżda d-dinja qalgħet daqqa f’dak li hu wirt uman li jmur lura bosta snin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend