Sistemi biex iktar tfal jitħarrġu fil-kitba u fil-qari | One News

Notifiki

Sistemi biex iktar tfal jitħarrġu fil-kitba u fil-qari

4,000 tifel u tifla fix-xahar qed jibbenefikaw minn programmi speċjalizzati sabiex itejbu l-ħila tagħhom fil-qari u l-kitba.

Programmi mtella’ mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u mmirati għat-tfal biex itejbu l-ħiliet tagħhom fil-litteriżmu.

Il-programm Għidli Storja jħarreġ lil dawn it-tfal fil-ħila tat-taħdit u s-smigħ bi stejjer li jinqraw lilhom minn għadd ta’ personalitajiet.

F’dan il-programm l-istudenti kellhom l-opportunità li jisimgħu stejjer moqrija minn Chip Colquhoun, li jaħdem ma’ Oxford Reading Tree u magħruf għall-mod ta’ kif jinqraw l-istejjer.

“We have done studies we have found that children who learn through stories do 25% better in tests on average so it really is a fantastic way to learn,” qal Colquhoun.

Qal li permezz ta’ dan l-istil iħarreġ mhux biss lit-tfal iżda anke lill-għalliema biex jużaw dawn il-mezzi fit-tagħim ta’ kuljum.

Waqt żjara fil-Kulleġġ San Injazju f’Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo sostna li l-litteriżmu mhux biss tal-kotba iżda wkoll diġitali. Saħaq fuq it-tagħlim tal-Ingliż u l-Malti u qal li dawk li ma jafux tajjeb l-Ingliż, ibatu fil-qasam diġitali. Saħaq fuq il-ħtieġa li nsaħħu lsienna fid-dinja diġitali u l-preżenza tiegħu fil-Wikipedia.

Il-Prim Ministru Jospeh Muscat sostna li l-Gvern qed jaħdem biex jiżviluppa programmi biex il-Malti jibqa’ ħaj anke fl-era diġitali. Qal li minkejja l-progress li sar għad fadal ħafna xi jsir biex jiżdied il-litteriżmu.

Fakkar f’bosta miżuri li ħa l-Gvern fil-qasam edukattiv, fosthom l-eżamijiet tal-MATSEC u l-lezzjonjiet tar-reviżjoni bla ħlas li qed jgħinu biex aktar studenti jkomplu jistudjaw.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend