Nirien kbar ħakmu l-Katidral medjevali ta’ Notre Dame f’Pariġi, wieħed mill-aktar monumenti importanti u famużi fil-qalb tal-kapitali Franċiża. Kawża tan-nirien ġġarraf ukoll il-kampnar.
Rapporti fil-midja Franċiża qalu li l-kawża tan-nirien għad trid tiġi stabbilità iżda xi uffiċjali qalu li n-nirien setgħu tkebbsu minħabba xi xogħlijiet ta’ tisbiħ li kienu għaddejjin fil-katidral.
Immedjatament bdiet operazzjoni maġġuri biex il-pumpieri jipprovaw jikkontrollaw in-nirien li ħakmu l-binja Gotika mibnija aktar minn 850 sena ilu.
Is-sena li għaddiet, il-Knisja Kattolika fi Franza appellat għall-fondi biex tkun tista’ ssalva dan il-monument li kien qed jaqa’ biċċiet.
Kelliema għad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili fi Franza qal li siegħa u nofs li ġejjin huma kruċjali biex jiġi ddeterminat jekk in-nirien jistgħux jiġu kkontrollati.
The moment #NotreDame’s spire fell pic.twitter.com/XUcr6Iob0b
— Patrick Galey (@patrickgaley) April 15, 2019
Intant il-Prim Ministru Joseph Muscat ukoll esprima r-reazzjoni tiegħu fuq is-sit soċjali Twitter.
#France, #Europe, humanity: all of us have lost a lot today -JM #NotreDame
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) April 15, 2019