F’dan iż-żmien tas-sena kulħadd imdorri jżur d-drammi tal-passioni jew rapreżentazzjonijiet liturġiċi. Għall-Għaqda Talent Dingli dan huwa appuntament annwali li għal dawn l-aħħar snin ħa l- forma ta’ walkthrough f’xelter tal-gwerra taħt l-Iskola Priamrja ta’ Ħad-Dingli.
Din is-sena mhux anqas! Dan mhux id-dramm reliġjuz tradizzjonali! L-Għaqda Talent Dingli ser teħodna lura fi Spanja fis-sena 1955. Ix-xelter jinbidel f’kunvent tal-patrijiet fejn fih niltaqgħu maċ-ċkejken Marcellino Ħobż u Nbid.
B’kitba ta’ Audret Jane Galea u Adam Zahra, Marċellino m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni. Naraw l-imħabba li l-patrijiet kellhom għat-tifel, l-innoċenza ta’ dan Marcellino, kif ukoll ma jonqsux il-praspar tiegħu!
B’kollox l-Għaqda Talent Dingli se ttella’ 22 rappreżentazzjoni, li fihom jieħdu sehem madwar 25 attur, kull waħda ddum madwar 50 minuta.
Booking huwa rrakkomandat għaliex in-numru ta’ nies li jinżlu fix-xelter huwa wieħed illimitat:
Il-Ġimgħa 12 t’April 7:30pm, 8:30pm, 9:30pm
Il-Ħadd 14 t’April 10:30am, 11:30am, 12:30am – 3pm, 4pm, 5pm, 6pm, 7pm.
L-Erbgħa 17 t’April – 6:30pm, 7:30pm, 8:30pm.
Il-Ħamis 18 t’April – 6:30pm, 7:30pm, 8:30pm, 9:30pm
Il-Ġimgħa 19 t’April – 9:30am, 10:30am, 11:30am, 12:30pm
Għall-iktar informazzjoni wieħed vista’ jikkuntattja lil Għaqda Talent Dingli fuq 99821133, 79251195 jew fuq ghaqdatalentdingli@gmail.com.