L-aħwa George u Alfred Degiorgio li jinsabu mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ingħataw il-ħelsien mill-arrest dwar każ ta’ ħasil ta’ flus. Madankollu huma xorta se jibqgħu jinżammu arrestati b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia. Flimkien mal-aħwa Degogio qed jiġu akkużati wkoll is-sieħba ta’ George Degorgio – Anca Adelina Pop.
L-aħwa Degorgio magħrufa bħala ċ-Ċiniż u l-Fulu flimkien ma’ Adelina Pop, tressqu l-qorti wara li l-Pulizija kompliet tistudja sew il-ħajja tal-akkużati bil-qtil ta’ Caruana Galizia. Hija kienet sabet biżżejjed provi ta’ ħasil ta’ flus biex dawn jitressqu l-Qorti f’każ separat u akkużati kompletament differenti.
Il-ħelsien mill-arrest ingħata fuq depożitu ta’ €35,000 u garanzija personali ta’ €35,000.