Jibdew jaslu ċ-ċekkijiet ta’ ħlas lura ta’ taxxa – One News

Notifiki

Jibdew jaslu ċ-ċekkijiet ta’ ħlas lura ta’ taxxa

Kif imwiegħed eluf ta’ ħaddiema Maltin u Għawdxin, it-Tnejn filgħodu reġgħu bdew jirċievu bil-posta ċekk ta’ bejn €40 u €68 fi ħlas lura ta’ taxxa.

Dan il-benefiċċju li qed jingħata għat-tieni sena konsekuttiva kien jagħmel parti minn ħames prijoritajiet ewlenin li għamel il-Partit Laburista għall-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet li jwaqqa’ l-piż tat-taxxa.

Il-miżura tal-Gvern bdiet titwettaq mill-ewwel sena tal-leġislatura wara li tħabbret fil-Baġit għas-sena li għaddiet. Miżura li fi kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat għandha l-għan li tkompli tnaqqas it-taxxi għall-familji.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li din il-miżuri se tħalli fil-bwiet ta’ aktar minn 207,000 ħaddiem aktar minn €11-il miljun u ħames mitt elf ewro li jaqilgħu sa €60,000.

Spjega li ċ-ċekk se jirċevih kull min jaħdem, sew jekk full-time u anke part-time. Qal li l-miżuri tfasslet b’tali mod li dawk li jaqilgħu l-iżjed jieħu erbgħin ewro waqt li dawk li jaqilgħu l-inqas inkluż dawk bil-paga minima li ma jħallsu ebda taxxa, jieħdu tmienja u sittin ewro.

B’kollox f’sentejn, se jkunu tqassmu tlieta u għoxrin miljun ewro li se jmorru fil-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend