Iż-Żabbarin maħsuda bit-traġedja tal-familja Mallia | One News

Notifiki

Iż-Żabbarin maħsuda bit-traġedja tal-familja Mallia

Hekk kif ħarġet l-identita taż-żewġ vittmi fl-inċident tat-traffiku fl-Imġarr, kienu għexjieren ta’ Żabbarin, propju minn fejn kienu Graziella Mallia u bintha Fallon, li fuq il-midja soċjali ħallew diversi messaġġi ta’ kondoljanzi.

Iż-żewġ vittmi kienu magħrufa sew ma’ Ħaż-Żabbar u kienu membri ta’ waħda miż-żewġ soċjetajiet mużikali. L-aħbar tat-telfa tagħhom f’inċident traġiku wasslet għal diversi sentimenti ta’ xokk espress minn ħafna.

Persuni, soċjetajiet mużikali, gruppi tal-armar kif ukoll il-kunsilli lokali kienu dawk li esprimew il-kondoljanzi tagħhom.

Spikkaw il-kummenti ta’ diversi persuni, fosthom dawk li jiftakru l-vittmi jżuru ta’ spiss id-Dar tal-Providenza. Oħrajn ftakru f’meta kienu telgħu mal-vittmi jsegwu lit-tim favorit tagħhom, il-Liverpool.

Bosta persuni oħra bagħtu x-xewqat tagħhom ta’ fejqan ta’ malajr lil dawk li jinsabu l-isptar, fosthom omm Graziella, Lucy, kif ukoll it-tfal ta’ sena, ta’ 10 snin ta’ 11-il sena rispettivament.

Omm u bint iż-żewġ vittmi fl-inċident tat-traffiku fl-Imġarr

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend