It-tliet immigranti li ħatfu l-El Hiblu 1 jitpoġġew taħt att ta' akkuża | One News

Notifiki

It-tliet immigranti li ħatfu l-El Hiblu 1 jitpoġġew taħt att ta’ akkuża

Permezz ta’ digriet mogħti mill-Maġistrat Aaron Bugeja, l-Qorti sabet biżejjed raġunijiet u provi biex it-tliet immigranti rregolari akkużati bil-ħtief tal-vapur El Hiblu 1 jitqiegħdu taħt ta’ akkuża.

Fil-Qorti t-tliet immigranti qed jaffaċjaw akkużi ta’ ħtif ta’ vapur, li użaw vjolenza biex ħadu l-kontroll tall-istess bastiment u li żammew arrestati l-ekwipaġġ tal-istess bastiment. Filfatt quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja qed tinġabar il-kumpilazzjoni tax-xhieda f’dan il-każ li seħħ ix-xahar li għadda.

Kienu l-Forzi Armati ta’ Malta li nhar it-28 ta’ Marzu taw l-assalt fuq il-vapur u ħaduh taħt il-kontroll magħhom, biex eventwalment daħal f’pajjiżna b’100 immigrant abbord.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Omar Zammit mill-Iskwadra ta’ kontra t-terroriżmu flimkien ma’ Dr. Nadia Attard mill-uffiċju tal-avukat ġenerali.

Għall-imputati qed jidhru l-avukati Dr. Malcolm Mifsud, Dr. Neil Falzon u Dr. Gianluca Cappitta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend