Il-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u uffiċjali oħra tal-Partit Laburista qiegħdu fjuri fuq il-monument ta’ Manwel Dimech li jinsab fi Pjazza Kastilja.
Dan hekk kif qed ifakkru l-anniversarju tal-mewt ta’ Dimech fis-17 ta’ April 1921.
F’kelmtejn tal-okkażjoni l-Prim Ministru sejjaħ lil Manwel Dimech bħala wieħed mill-missirijiet fundaturi tal-moviment li għandna jmexxi f’pajjiżna llum il-ġurnata.
Ħassieb li minkejja li għaddew bosta snin, għadu gwida intellettwali ta’ bosta filosofiji għal Malta tal-lum.