Il-Parit Laburista sostna li l-Gvern mhux jistenna l-mozzjoni ta’ Adrian Delia biex jibda jaġixxi fuq il-pariri tal-Kummissjoni Venezja u rapporti oħra.
Fi stqarrija, il-PL qal li wara mitt jum biss u meta Delia kien għadu lanqas ħolom b’sempliċi mozzjoni, il-Gvern kien diġà ressaq fil-Parlament l-ewwel qari biex ikunu implimentati terz tal-bidliet proposti mill-Kummissjoni Venezja.
“Dan għax bħalma ġara f’każi oħra dak li ma wettqux 25 sena ta’ gvernijiet nazzjonalisti se jkun qed jgħamlu dan il-gvern. Għax dan il-gvern mhux jitkellem, iżda jaġixxi dwar il-governanza u s-saltna tad-dritt”, qal il-PL.
Saħaq li dan hu differenti minn Adrian Delia li minkejja d-diskors kollu tiegħu baqa’ qatt ma talab investigazzjoni dwaru nnifsu u minkejja l-akkużi serji li saru u li qatt ma ċċara.