Ħabta bejn 4 karozzi fil-bypass ta' Birkirkara | One News

Notifiki

Ħabta bejn 4 karozzi fil-bypass ta’ Birkirkara

Żewġ persuni ta’ 26 sena minn Ħal Balzan u ta’ 48 sena minn Wied il-Għajn ittieħdu l-isptar wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara.

L-inċident bejn erba’ karozzi seħħ fi Triq Dun Karm għall-ħabta tat-7.50am.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Żewġ persuni oħra ta’ 28 sena minn Ħal Lija u 46 sena l-Imtarfa ħelsuha ħafif.

Kawża tal-inċident għal xi ħin inħolqot konġestjoni tat-traffiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend