Ebda inċident fi tmiem il-ġimgħa ma kellu x'jaqsam max-xogħlijiet fit-toroq | One News

Notifiki

Ebda inċident fi tmiem il-ġimgħa ma kellu x’jaqsam max-xogħlijiet fit-toroq

L-ebda inċident li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għadda ma kellu x’jaqsam max-xogħolijiet infrastrutturali li qegħdin isiru fil-pajjiż.

Hekk sostna l-Ministru tat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg b’rabta ma’ rapport li tratta dwar seba’ proġetti infrastrutturali li qegħdin isiru f’pajjiżna bħalissa.

Il-Ministru Borg qal li hemm inkjesti maġisterjali għaddejjin li qed jieħdu l-kors tagħhom.

Filwaqt li tenna l-appell tiegħu lis-sewwieqa għall-aktar attenzjoni fit-toroq biex ikunu salvagwardjati l-ħajjiet.

Intant, f’25 sena pajjiżna ser jiggwadanja minn €1,200 miljun f’benefiċċji mis-seba’ proġetti infrastrutturali fuq it-toroq ta’ pajjiżna. Dawn jinkludu l-Marsa-Ħamrun Bypass, Triq tal-Balal, Triq Buqana, il-mini ta’ Santa Luċija kif ukoll Triq Sant Andrija.

Ħabbar dan Dr Gordon Cordina waqt il-preżentazzjoni tar-rapport dwar is-seba’ proġetti fejn indika li fost il-benefiċċji hemm it-tnaqqis tal-emmissjonijiet tal-karbonju fit-toroq li ser tlaħħaq it-62,000 tunnellata fis-sena filwaqt li ta’ kull ġimgħa kull persuna ser tiggwadanja minn 12-il minuta.

Permezz ta’ proġetti ta’ din ix-xorta, il-pajjiż ser ikun qed jiffranka mal-ħames miljun siegħa ta’ ħin mit-toroq.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend