Ċifri tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul l-ewwel kwart tas-sena aktar minn 1,100,000 passiġġier għamlu użu mill-vapuri tal-Gozo Channel. Din kienet tfisser żieda ta’ 2.3% meta mqabbel mal-istess tliet xhur is-sena l-oħra.
Jannar – Marzu 2019 – 1,146,490 passiġġier
Jannar – Marzu 2018 – 1,121,001 passiġġier
Żieda 25,489 passiġġier (+2.3%)
L-ogħla numru ta’ passiġġieri ġie rreġistrat f’Marzu – bi kważi nofs miljun passiġġier.
Jannar – 323,772 passiġġier
Frar – 344,773 passiġġier
Marzu – 477,945 passiġġier
In-numru ta’ vetturi li użaw il-vapuri żdied ukoll b’aktar minn 7% għal iktar minn 360,000 vettura.
Jannar – Marzu 2019 – 363,460 vettura
Jannar – Marzu 2018 – 339,266 vettura
Żieda 24,194 vettura (+7.1%)
Tul l-ewwel tliet xhur saru kważi 5,500 vjaġġ, żieda ta’ 3.6% fuq l-istess perjodu s-sena l-oħra.
Jannar – Marzu 2019 5,449 vjaġġ
Jannar – Marzu 2018 5,259 vjaġġ
Żieda 190 vjaġġ (+3.6%)
Il-maġġoranza tal-vjaġġi saru f’Marzu – b’aktar minn elf vjaġġ jew aktar minn 37% tal-vjaġġi totali għat-tliet xhur.