Ajruplan tal-Air Malta intlaqat minn xi għasafar hu u nieżel fl-ajruport ta’ Lyon illum waranofsinhar. L-ajruplan niżel f’Lyon mingħajr problemi.
Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li l-ajruplan qed jiġi spezzjonat minn uffiċjali tekniċi fl-ajruport Franċiż.
B’konsegwenza ta’ dan, it-titjira KM455 minn Lyon sa Malta se tiġi ttardjata, b’titjiriet oħra jistgħu jkunu affetwati. L-Air Malta qalet li qed taħdem qatigħ sabiex kull jitnaqqas kemm jista’ jkun l-inkonvenjent.
Passiġġieri huma mitluba biex iżuru is-sit www.airmalta.com u l-page fuq Facebook www.facebook.com/AirMalta għall-aħħar żviluppi.
Filwaqt li talbet skuża għal dawn iċ-ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tagħha, il-linja nazzjonali tal-ajru qalet li tati l-ikbar importanza lis-sigurta lill-klijenti u l-ekwipaġġ tagħha.