AĠĠORNAT: Tfajla ta' 23 sena tmut wara inċident bil-mutur f'Raħal Ġdid | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Tfajla ta’ 23 sena tmut wara inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid

Tfajla Ġermaniża ta’ 23 sena tilfet ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 pm tas-Sibt fi Vjal Santa Luċija Raħal Ġdid.

Minn informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon jidher li ġuvni li kien qed isuq il-mutur tat-tip Yamaha tilef il-kontroll tiegħu minħabba xi żrar u ġebel li kien hemm fit-triq, bil-konsegwenza li l-ġuvni u tfajla li kienet passiġġiera miegħu waqgħu minn fuqu. F’dak il-ħin, trakk li kien qed jinstaq minn Taljan ta’ 43 laqat lit-tfajla, bil-konsegwenza li nqabdet taħtu.

Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei iżda sfortunatament it-tfajla ġiet ċċertifikata mejta fuq il-post. Hu mifhum li t-tfajla u l-ġuvni kienu ilhom għal dawn l-aħħar xhur joħorġu flimkien.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja bl-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid .

Ritratti: Trischia Falzon

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend