L-Isptar Mater Dei qiegħed jappella lill-pubbliku biex jevita li jmur id-Dipartiment tal-Emerġenza għal każijiet li ma jeħtieġux tali attenzjoni.
Fi stqarrija l-isptar iddikjara li bħalissa qiegħed jittratta inċident maġġuri u għalhekk l-attenzjoni se tkun mitfugħa fuq dawk il-pazjenti li ddaħħlu l-isptar b’rabta mal-inċident li seħħ fl-Imġarr.
L-Isptar Mater Dei talab għall-koperazzjoni tal-pubbliku f’każ li jitlaqgħu mal-ambulanza fit-toroq.
Dan għall-fatt li jidher li minn tal-inqas seba’ persuni ddaħħlu l-isptar fosthom tfal.
One.com.mt jinsab informat li fiż-żewġ karozzi involuti fil-ħabta kien hemm minn tal-inqas għaxar persuni.
http://www.one.com.mt/2019/04/14/zewg-persuni-jitilfu-hajjithom-fincident-fl-imgarr/