Laura Paffenholz hija t-tfajla li mietet il-lejl li għadda wara inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid – One News

Notifiki

Laura Paffenholz hija t-tfajla li mietet il-lejl li għadda wara inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid

Laura Katarina Paffenholz, tfajla Ġermaniża ta’ 23 sena, tilfet ħajjitha traġikament wara li kienet involuta f’inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45pm tas-Sibt fi Vjal Santa Luċija Raħal Ġdid.

Minn informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon jidher li s-sieħeb tal-vittma, ġuvni Malti li kien qed isuq il-mutur fid-direzzjoni lejn Ħal Tarxien, tilef il-kontroll f’nofs ta’ triq minħabba xi żrar u ġebel. Dan bil-konsegwenza li l-ġuvni u tfajla li kienet riekba miegħu waqgħu minn fuq il-mutur. F’dak il-ħin, trakk li kien qed jinstaq minn Sqalli ta’ 43 sena ma setax jevitaha u għadda minn fuq it-tfajla, bil-konsegwenza li nqabdet taħtu.

Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei iżda b’xorti ħażina t-tfajla ġiet ċċertifikata mejta fuq il-post. Hu mifhum li Laura Katarina kienet ilha sena tgħix hawn Malta, u hi u l-ġuvni, li huwa pulizija, kienu ilhom dawn l-aħħar xhur joħorġu flimkien.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja bl-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Tfajla ta’ 23 sena tmut wara inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend