Il-Ġappun huwa l-akbar suq barra mill-UE għal Malta – One News

Notifiki

Il-Ġappun huwa l-akbar suq barra mill-UE għal Malta

Minkejja li hemm iktar minn 10,000 kilometru f’distanza bejn iż-żewġ pajjiżi, Malta esportat lejn il-Ġappun iktar minn kwalunkwe pajjiż ieħor barra mill-Unjoni Ewropea.

Ċifri tal-Eurostat għall-2018 juru li Malta esportat lejn il-Ġappun b’madwar €149. Dan ifisser li l-Ġappun kien l-iktar pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea li Malta esportat lejh. Wara l-Ġappun ġew Singapor, l-Istati Uniti u Hong Kong.

B’kollox, Malta għamlet b’aktar minn biljun ewro f’negozju barra mill-Unjoni Ewropea, u jammonta għal madwar 61% tal-esportazzjoni kollha. Dan huwa kważi fl-istess ilma tal-medja tal-Unjoni Ewropea.

Iċ-ċifri tal-Eurostat juru li terz tal-kummerċ EwropeW sar mal-Istati Uniti, li ammonta għal €677 biljun.

Il-pajjiżi Ewropej baqgħu l-iktar swieq ta’ esportazzjoni għal Malta. Fuq quddiem il-Ġermanja b’€400 miljun, l-Italja b’aktar minn €315-il miljun u Franza b’aktar minn €270 miljun.

B’kollox, l-esportazzjoni interna mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ammontat għal €1,500 miljun.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend