"Gvern li jwettaq grazzi għall-fiduċja tal-poplu"- il-PM | One News

Notifiki

“Gvern li jwettaq grazzi għall-fiduċja tal-poplu”- il-PM

Waqt attività politika fiċ-Ċentru Laburista fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li sabiex Gvern jkun jista’ joħloq il-ġid irid jgawdi mill- fiduċja tal-poplu. Il-Prim Ministru qal dan b’referenza għat-tkabbir fl-ekonomija li qed igawdi minnu pajjiżna.

Dan b’differenza għal gvernijiet preċedenti li ma gawdewx mill-istess tkabbir u fiduċja għaliex kienu jwegħdu mingħajr ma jwettqu:

“Li żgur li d-difett li m’għandiex huwa li lin-nies ngħidulhom ħaġa u nagħmlu oħra. Aħna jekk ngħidu ħaġa dik il-ħaġa nagħmluha”.

Kien hawnekk li l-Prim Ministru rrefera għal żewġ wegħdiet li, għalkemm għal ħafna dehru impossibli, illum kulħadd qed jara realta’ differenti.

Dan b’referenza għall-wegħda tal-mina t’Għawdex u l-proġett ta’ seba’ mitt miljun ewro f’seba snin għar-riġenerazzjoni tat-toroq Maltin kollha.

Dwar il-proġett tal-mina t’Għawdex il-Prim Ministru qal li minkejja li kien il-Partit Nazzjonalista li ħariġha f’manifest elettorali f f’amministrazzjoni preċedenti llum il-ġurnata l-istess partit juri li ma huwiex konvint fuqha.

“F’daqqa waħda nibdew nisimgħu ilħna mill-Oppożizzjoni li ma jaqblux ma’ hekk u jridu referendum fuq hekk. Allura kif tikteb affarijiet fil-manifest tiegħak? Għax għaliha ma hijiex kwistjoni ta’ mina bir-rispett kollu imma hija kwistjoni ta’ kemm tieħu l-politika bis-serjetà”.

B’hekk, qal il-Prim Ministru, li l-Partit Nazzjonalista ma jgawdix mill-fiduċja tan-nies. Dan b’differenza għall-Gvern Laburista li grazzi għall-fiduċja li jgawdi, illum il-ġurnata jinsab f’pożizzjoni li jkompli joħloq il-ġid.

Ġid li jissarraf fi skemi u miżuri bħal għoti taċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa, hekk kif s’issa, il-poplu ħa lura €23 miljun.

Dan filwaqt li assigura lill-poplu iktar tkattir tal-ġid permezz ta’ skemi u miżuri oħra sakemm dejjem tibqa’ ddur ir-rota ekonomika ta’ pajjiżna:

“Ħa nkomplu nagħtu ħa nkomplu nżidu l-pensjonijiet, ħa nkomplu nnaqqsu l-ispejjeż, nnaqsu t-taxxi, nżidu l-benefiċċji sakemm tibqa’ tiflaħ l-ekonomija“. 

Ekonomija li fost oħrajn tikber permezz ta’ investimenti kbar bħal dak tal-kumpanija Aurobindo, li investiet 3 miljun ewro f’proċess magħruf bħala Batch Releasing.

B’hekk il-Prim Ministru rrefera għal dan il-Gvern bħala sur li minnu l-poplu Malti u Għawdxi ser ikun jista’ jibqa’ jgawdi.

Dr.Muscat temm id-diskors tiegħu billi stieden lill-poplu Malti u Għawdxi kollu sabiex fl-ewwel ta’ Mejju kulħadd jinġabar fi pjazza Kastilja sabiex minn hemm jibda’ l-vjaġġ għall-elezzjonijiet tal 25 ta’ Mejju.

“Jekk Alla jrid niltaqgħu fl-1 ta’ Mejju fil-Belt Valletta fejn mill-Belt Valletta ħa nkunu qed nitilqu fuq vjaġġ ta’ kampanja ta’ 25 jum li se twassalna biex il-poplu Malti u Għawdxi jintalab mill-ġdid jagħmel għażla u dik l-għażla trid tkun favor Malta ta’ għada biex Malta tkun suċċess”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend