Persuna tmut u tlieta jindarbu f'sensiela ta' sparaturi f'diskoteka f'Melbourne | One News

Notifiki

Persuna tmut u tlieta jindarbu f’sensiela ta’ sparaturi f’diskoteka f’Melbourne

Persuna nqatlet u tlieta oħra ndarbu wara sparaturi fi stabbiliment tad-divertiment f’Melbourne, l-Awstralja. Rapporti fil-midja Awstraljana qalu li sa issa l-investigaturi mhux jorbtu dan il-każ ma’ wieħed terroristiku.

Hu mifhum li dan il-każ qed jintrabat bejn ċirku kriminali marbut ma’ sewwieqa ta’ muturi.

Sparaturi ta’ dan it-tip huma rari fl-Awstralja u l-pajjiż ilu aktar minn għoxrin sena li rriforma l-liġi li rat iktar restrizzjonijiet fuq liċenzjar tal-armi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend