Ebda aċċess għal Facebook, Whatsapp, u Instagram fl-aħħar tliet sigħat | One News

Notifiki

Ebda aċċess għal Facebook, Whatsapp, u Instagram fl-aħħar tliet sigħat

Facebook, Instagram, u Whatsapp, tliet applikazzjonijiet meqjusa ‘kruċjali’ għal ħafna, waqqfu jaħdmu u damu tliet sigħat biex jissewwew. Kawża ta’ dan, miljuni ta’ persuni madwar id-dinja kellhom għal darb’oħra jagħmlu telefonata jew jibagtħu messaġġ biex jikkomunikaw ma ħaddieħor.

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li t-tmexxija ta’ Facebook irċiviet mat-12,000 rapporti minn utenti urtati għaliex ma jistgħux jużaw is-sit. Facebook kien esperjenza episodju simili f’Marzu li għadda, fejn eluf ta’ klijenti ma kellhom aċċess għall-applikazzjoni għal ajtar minn 24 siegħa.

Jidher li l-Ħadd, l-agħar żoni milquta kienu l-Ewropa u l-Asja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend