Joshua Ellul ta’ 18-il sena minn Bormla nżamm arrestat wara li fil-Qorti wieġeb mhux ħati li kien involut f’argument familjari mal-ġenituri tiegħu li eskala bi vjolenza.
Il-każ seħħ tard il-Ġimgħa waranofsinhar fl-appartament fejn jgħix wara li nqala diżgwid fuq ħobż mixwi għaliex l-imputat ried li jkollu l-perżut fit-toast. Fil-Qorti ngħad li minn argument verbali dan eskala b’mod fiżiku fejn saħansitra uża mannara li biha hedded lill-ġenituri tiegħu bil-konsegwenza li nislilhom biża’. L-imputat tela’ għaliha minn fuq il-bejt tal-blokka ta’ appartamenti fejn jgħix.
Wara li ntemmet il-preżentata, iż-żagħżugħ immanetjat infaqa jibki u beda jallega li huwa ta’ spiss jiġi aggredit mill-ġenituri tiegħu.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Eman Hayman.