Persuna ndarbet gravi wara li waqgħet waqt li kienet tiela’ t-taraġ.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-18:00 fi Triq il-Kantilena, in-Naxxar.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li persuna ta’ 60 sena, residenti l-Iklin, waqgħet waqt kienet tiela’ it-taraġ.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil persuna l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet ta-Pulizija għadhom għaddejjin.