"M'hu fl-interess ta' ħadd li nsibu ftehim sena tard" – Aaron Farrugia | One News

Notifiki

“M’hu fl-interess ta’ ħadd li nsibu ftehim sena tard” – Aaron Farrugia

F’laqgħa informali Ministerjali f’Bucharest organizzata mill-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-Ministri u li għaliha attendew Ministri Ewropej responsabbli mill-Fondi Ewropej u l-politika ta’ Koeżjoni, Farrugia kellu kliem iebes fejn qal li għalih hu surreali li f’Malta qiegħed jimbotta kampanja favur it-tkabbir tal-proġett Ewropew u fl-istess ħin jgħid liċ-ċittadini li ir-riskju li nkunu f`pożizzjoni li ninvestu l-fondi tal-baġit Ewropew li jmiss sena tard.

Hu qal li ftehim fil-ħarifa ta’ din is-sena hu mportanti, anke jekk dan ikun fil-prinċipju, kemm għal pajjiżi li huma benefiċċjarji netti għax b’hekk ikunu jistgħu jinvestu u jsaħħu l-ekonomija tagħhom, u kemm għal pajjizi kontributuri netti għax hu b’hekk biss li nistgħu nikkompetu f’dinja globali.

Il-baġit Ewropew jiġi maqbul kull seba’ snin u l-ftehim għandu jkun mal-Membri Stati, mal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew. Sal-llum jidher li hemm numru ta’ ostakli biex jintlaħaq ftehim fil-ħin u kollox jindika li kif gara fl-2014, il-pajjiżi jibdew jinvestu l-fondi Ewropej sena tard. Farrugia qal li l-isfidi huma bosta. M’hemmx ftehim bejn il-Membri Stati ghax hemm grupp ta’ pajjiżi li jridu baġit Ewropew ikbar filwaqt li grupp ieħor iridu baġit ferm iżgħar galadarba r-Renju Unit se joħrog mill-Unjoni Ewropea.

L-argument tal-pajjiżi li jridu iktar hu car: jekk tassew nemmnu fil-proġett Ewropew u li dan ghandu jikber, allura l-baġit Ewropew għas-seba snin li ġejjin għandu jkun ferm iktar ambizzjuż. Iżda l-isfidi ma jiefqux hemm. Hemm ukoll il-Parlament Ewropew li mhuwiex jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea u jridu baġit ferm ikbar.

Dawn huma diskussjonijiet importanti u bżonnjuzi. Il-problema hi li qed iseħħu fi żmien meta għandek transizzjoni fejn se jkollok Parlament Ewropew gdid u Kummissjoni Ewropea gdida. Hadd ma jista jghid il-Parlament Ewropew il-gdid hux se jaqbel mal-hafna xoghol li diga sar u nafu jkollna nergghu niehdu zewg jew tlett passi lura. Izda lil hinn minn dan Farrugia jghid li Malta ħadet pożizzjoni ta’ interlokotur u qed tħeġġeg biex jintlaħaq kompromess li minnu jgawdi kulħadd.

Fid-diskors tiegħu f’Bucharest, Aaron Farrugia qal li l-Gvern Malti jaqbel li l-Fondi Ewropej imorru għal proġetti li jkollhom valur miżjud Ewropew u li jkunu b’xi mod marbutin mas-semestru Ewropew, u allura mar-riformi li pajjiż għandu jagħmel flimkien mar-rakkommandazzjonijiet speċifici tal-pajjiż. Il-Gvern Malti jaqbel ukoll li għandu jkun hemm konċentrazzjoni għola ta’ temi biex niksbu ferm iktar. Dawn huma prinċipji li qed jimbuttaw pajjizi li huma kontributuri netti u aħna naqblu. Madankollu aħna naqblu sakemm fl-ewwel lok, il-mekkaniżmu jkun wieħed li jħares u jieħu għal kunsiderazzjoni il-vulnerabilitajiet partikolari ta’ kull pajjiż u fl-istess hin il-persentaġġi li bihom pajjiż ikun marbut ikunu iżgħar biex b’hekk ikun hemm lok għal flessibilita.

Farrugia jgħid li Malta qed tappoġġja l-dawk il-pajjiżi, fil-biċċa l-kbira dawk li huma benefiċċjarji netti fejn jidħlu żewġ prinċipji, jiġifieri li r-rati ta ko-finanzjament jibqgħu kif inhuma u mhux jinbidlu kif qed tipproponi l-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li għandu jibqa’ kif inhu il-perjodu ta’ meta proġett għandu jitlesta, dik li teknikament insejħulhom n+3. Bħalissa l-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li nimxu għal n+2, u nemmnu li ma jkunx hemm żmien biżejjed biex ċertu progetti jitlestew. Lanqas m’aħna se naċċettaw li kull Membru stat ma jieħu inqas fondi Ewropej minn dak li qed tipproponi l-Kummissjoni Ewropea. Din hi bla dubju linja hamra ghal Gvern Malti.

Is-Segretarju Parlamentari spjega punt ieħor li l-Gvern Malti qiegħed jimbotta — li l-fondi ta’ koeżjoni jmorru għar-reġjuni kollha, mhux b’inqas dawk li fl-aħħar snin kisbu suċċess ekonomiku, bħal Malta. “Mal-Kummissjoni Ewropea, u mal-Presidenzi tal-Awstrija, ir-Rumanija u anke ma dik li se tibda f’Lulju li jmiss jiġifieri dik tal-Finlandja, għamilniha cara li ma jagħmilx sens li għax pajjiż ikun mexa l-quddiem u laħaq element ta’ konvergenza, dan għandek ittieh xokkijiet ekonomiċi. Għaldaqstant il-fondi Ewropew għandhom xorta jingħataw biex b’hekk ikun hemm sostenn u kkonsolidament ta dak li l-pajjiż ikun kiseb.”

F’Bucharest Farrugia kellu laqgħat bilaterali mal-Ministru Rumena Rovana Plumb, mal-Ministru Taljan Barbara Lezzi u ma’ rappreżentanti oħra bil-għan li iż-żewġ naħat jiddiskutu il-pozizzjonijiet taghhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend