Charles Farrugia ta’ 40 sena miż-Żejtun inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li kkommetta diversi reati ta’ serq tul dawn l-aħħar xahrejn.
Il-każijiet ivarjaw minn serq ta’ flus u tabakk minn ħwienet differenti madwar Malta, kif ukoll li seraq xi basktijiet minn tliet nisa differenti. Huwa qed jiġi mixli li żamm impjegati ta’ ħwienet minn fejn allegatament seraq kontra l-volontà tagħhom, li ġarr sikkina u li kien riċediv.
Id-difiża ma għamlitx talba għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk inżamm arrestat. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Christina Delia, Fabian Fleri u Lydon Zammit.