Sewwieq jista jgħodda b’waħda wara li tilef il-kontroll tal-Ferrari li kien qiegħed isuq fi Triq Buqana fil-limiti tar-Rabat.
Iżda għalkemm hu ħelisha ħafif, mhux l-istess jista jingħad għall-Ferrari
Dan hekk kif il-Ferrari tiegħu spiċċat nofsha mirduma f’gandott fejn bħalissa qedgħin isiru x-xogħljiet ta’ twessiegħ tat-triq.
Sa issa għadu mhux magħruf ta’ liema mudell kienet il-Ferrari, iżda li hu żgur hu li tiswa mijiet t’eluf ta’ ewro.