Donald Trump jfittex lil ħuħ it-tewmi fil-Lbiċ taċ-Ċina.
Din hi l-bażi ta’ Opra Ċiniża li l-ewwel wirja tagħha kienet nhar il-Ġimgħa f’Hong Kong.
Din l-opra, ispirata mill-ħamsa u erbgħin President tal-Istati Uniti, tħares lejn dan il-personaġġ tiegħu, li l-kittieb jispjega li qed iġib rivoluzzjoni kulturali fl-Istati Uniti – fejn dawwar ta’ taħt fuq is-sistema politika tiegħu.
L-erbat ijiem ta’ wirjiet ta’ din l-opra, raw il-biljetti tagħhom mibjugħa kollha.