Raġel mgħammad jidħol jisraq minn ħanut fl-Imsida | One News

Notifiki

Raġel mgħammad jidħol jisraq minn ħanut fl-Imsida

Għall-ħabta tal-għaxra neqsin għoxrin tal-Ħamis filgħaxija, seħħet serqa minn ħanut ġewwa Triq il-Baċir, l-Imsida.

Jidher li raġel mgħammad u armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ tlieta u tletin sena mill-Bożnija-Ħerzegovina.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti u xi affarijiet oħra.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend