Kurċifiss għall-ewwel darba fil-puċissjoni ta’ Ħal Tarxien – One News

Kurċifiss għall-ewwel darba fil-puċissjoni ta’ Ħal Tarxien

Għall-ewwel darba f’wieħed u tletin sena kurċifiss bl-ixbieha ta’ Kristu msallab se jterraq mat-toroq ta’ Ħal Tarxien waqt il-purċissjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Dan b’differenza għall-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa f’Ħal Tarxien fejn fi tmiemha kienet tittella’ xena li fiha kien jissallab Ġesu Kristu.

Ħabbar dan is-Segretarju tal-Għaqda Marija Annunzjata Ettiene Schembri hekk kif spjega li bħala għaqda laħqu ftehim mal-Kurja sabiex il-purċissjoni tkun iktar devozzjonali.

“Minflok ser inkunu qed nassistu għat-tislib u l-qawmien ta’ Sidna Ġesu Kristu fuq wara tal-purċissjoni ser tkun qed toħroġ xbieha tal-kurċifiss li imbagħad fl-aħħar tagħha ser ikun qed isir xi meditazzjoni u xi kant minn kantanti li ssoltu jieħdu sehem f’din il-Pageant.”

Is-Sur Schembri qal li bħala Għaqda minn dejjem kien hemm ix-xewqa li jimlew il-purċissjoni b’vari ta’ dan it-tip u grazzi għal sforzi li saru matul din is-sena, is-Sibt li ġej din il-ħolma ser issir realta.

“Din is-sena għamilna l-isforzi kollha tagħna. Tkellimna mal-arċipriet tal-lokal Dun Christ Ellul sabiex ġibna l-permessi meħtieġa mill-Kurja u tkun qed toħroġ mill-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Annunzjata.”

Spjega li jum biss qabel dan l-avveniment kollox jinsab imħejjij sabiex il-purċissjoni li tinkludi s-sehem ta’ 350 ruħ flimkien ma’ żewġ baned, tkun suċċess.

“Sħabi qassmu l-vestwarju kollu preparaw l-affarijiet kollha kollox huwa nadif kollox huwa preparat sabiex issa is-Sibt fis-19:30 ta’ filgħaxija tibda’ ħierġa mill-Knisja ta’ Ħal Tarxien”

Il-Purċissjoni se toħroġ mill-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien sabiex minn hemm itterraq ma’ bosta toroq fil-lokalitá għad-devozzjoni tal-parruċċani.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend