Imorru kontra ordni tal-Kunsill Militari | One News

Notifiki

Imorru kontra ordni tal-Kunsill Militari

Folol kbar ta’ nies baqgħu fit-toroq tal-kapitali Sudaniża Khartoum, u b’hekk injoraw curfew ddikjarat mill-Kunsill Militari ġdid tal-pajjiż.

Omar al-Bashir, li kienu ilu għal żmien twil fil-kariga ta’ President, tneħħa u ġie arrestat fil-jum tal-Ħamis wara xhur ta’ protesti fit-toroq.

Iżda d-dimostranti qed jgħidu li l-Kunsill Militari huwa parti mill-istess reġim.

Dawn il-protesti ġodda qajmu biża ta’ konfrontazzjoni vjolenti bejn id-dimostranti u l-armata.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend