Il-kumpanija Aurobindo b'investiment ta' €3 miljun biex tmexxi testijiet ta' mediċini ġeneriċi tal-Onkoloġija | One News

Notifiki

Il-kumpanija Aurobindo b’investiment ta’ €3 miljun biex tmexxi testijiet ta’ mediċini ġeneriċi tal-Onkoloġija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-kumpanija li timmanifattura mediċini ġeneriċi, l-Aurobindo, se tinvesti tliet miljun ewro biex tibda’ tmexxi testijiet fuq mediċini minn pajjiżi oħra qabel ma’ dawn jiġu rilaxxati fis-suq Ewropew. Dan il-proċess jissejjaħ ‘batch releasing’ u huwa t-tieliet proġett ta’ Aurobindo f’Malta. Dan se jwassal ukoll għal 20 impjieg ġdid f’ambjent tal-ogħla kwalità.

Fost dawn it-testijiet hemm dawk li jiddeterminaw kif tirreaġixxi pillola partikolari fi klima differenti. Il-pilloli li se jiġu ttestjati f’Malta kollha għandhom x’jaqsmu mal-Onkoloġija u l-kura tal-kanċer, li s’issa qatt ma kellhom dan il proċess.

Il-kumpanija Aurobindo qed tfakkar l-għaxar snin tagħha f’Malta, fejn minn kumpanija żgħira li tħaddem biss tliet persuni, pajjiżna ttrasformaha f’waħda mill-aqwa kumpaniji fid-dinja li llum timpjega mal-150 ruħ. Hija meqjusa wkoll fost l-akbar laboratorji fl-Ewropa li tipproduċi mal-10,000 lott fis-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend