Raġel b’rabtiet mal-kofundatur ta’ Wikileaks Julian Assange ġie arrestat waqt li kien se jitlaq mill-Ekwador.
Il-Ministru tal-Intern Maria Paula Romo ma qalitx ismu iżda qalet li ġie arrestat għal skopijiet investigattivi.
Uffiċjal tal-gvern qal lil Associated Press li r-raġel huwa Ola Bini, żviluppatur Żvediż tas-software.
Dan l-arrest sar ftit tas-sigħat wara li Assange nnifsu kien arrestat fl-ambaxxata Ekwadorjana f’Londra.