Raġel ta’ 25 sena minn Birkirkara u ieħor ta’ 42 sena mill-Mosta ġew arrestati mill-pulizija wara li qabda ta’ 15-il kilo droga kannabis f’razzett fil-Mosta.
Il-pulizija qalet li 5 kilogrammi nstabu fuq ir-raġel ta’ 25 sena waqt li kien qed isuq il-vettura tiegħu f’Birkirkara filwaqt li l-10 kili l-oħra nstabu moħbija fir-razzett tar-raġel tar-raġel ta’ 42 sena li jinsab fil-Mosta.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxieha mill-Maġistrat Ian Farruġia.
Il-pulizija qalet li l-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti għada l-Ġimgħa mixlija bi traffikar u pusses aggravat tad-droga.