Tista’ tgħid li żdiedet speċi ġdida ta’ umani. Dan wara li nstabet din l-ispeċi estinta fil-Filippini.
Din l-ispeċi hi magħrufa bħala Homo luzonensis, fejn ġiet imsemmija għall-gżira li nstabet fuqha, il-gżira Luzon.
Il-karatteristiċi ta’ din l-ispeċi huma mħallta bejn dawk misjuba fi fdalijiet ta’ umani tal-antik u kif ukoll dawk riċenti.
Dan ifisser li l-qraba tal-uman primittiv telaq mill-Afrika u sab triqtu lejn l-Asja fix-Xlokk, xi ħaġa li qatt ma kienet maħsuba li saret.
Din is-sejba turi kif l-evoluzzjoni fir-reġjun x’aktarx kienet aktar ikkumplikata, bi tliet jew iktar speċi umana fir-reġjun fl-istess żmien li waslu l-antinati tagħna.