Id-Dipartiment tas-saħħa jiċħad kategorikament li għandu policy favur l-abort – One News

Notifiki

Id-Dipartiment tas-saħħa jiċħad kategorikament li għandu policy favur l-abort

Fi stqarrija mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, saret referenza għal-rapport mill-Kummissarju għas-Saħħa fl-uffiċċju tal-Ombudsman, hekk kif irrapurtat fil-midja lokali.

Fl-istqarrija ġie spjegat li d-Dipartiment tas-Saħħa intervjena biex isalva l-ħajja ta’ tarbija li kienet għadha ma twelditx, billi ħaffef il-proċess, orgnizza u ħallas għal trattament barra minn xtutna.

L-istqarrija tkompli billi tistaqsi kif jista’ jkun li azzjoni biex issalva l-ħajja ta’ tarbija tista’ tiġi marbuta mad-diskussjoni dwar l-abort.

Għaldaqstant id-Dipartiment tas-Saħħa kategorikament ċaħad li għandu xi policy favur l-abort.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend