Ħallas €220 għal sess ma' tifel ta' 14-il sena | One News

Notifiki

Ħallas €220 għal sess ma’ tifel ta’ 14-il sena

Żagħżugħ ta’ 23 sena inżamm taħt il-kustodja tal-pulizija wara li ġie akkużat li ħallas tifel ta’ 14-il sena għal atti sesswali kif ukoll tixrid ta’ pornografija fost il-minuri.

Alexio Camilleri li huwa bla xogħol tressaq quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia dalgħodu b’numru ta’ akkużi fosthom ukoll li joħloq materjal pornografiku li juru minuri kif ukoll użu ħażin ta’ apparat elettroniku li jintuża għall-komunikazzjoni.

Il-Prosekuturi l-ispetturi Joseph Busuttil u Stacy Attard qalu fil-qorti li Camilleri kellu tip ta’ ħbieb b’benefiċċji: fejn kien jiltaqa’ mat-tifel għas-sess u mbagħad iħallsu l-ammont ta’ €220.

Id-difiża ta’ Camilleri qed issir mill-avukat Luciano Busuttil fejn talab il-ħelsien mill-arrest taż-żagħżugħ fejn qal li dan jista’ jinżamm arrestat f’daru stess. Talab ukoll biex ismu ma jixxandarx.

Madanakollu l-prosekuzzjoni ċaħdet din it-talba fejn qalet li sa issa diġà hemm 5 minuri li lesti jixhdu u jista’ jkun ukoll li jkun hemm iżjed ‘il quddiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend