Dan huwa l-filmat tal-karozzi li ħadu n-nar dalgħodu għall-ħabta tal-5.20. In-nar jidher li beda mill-karozza tat-tip Peugout.
Dan ġara fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra f’Birkirkara. B’konsegwenza ta’ hekk sofrew ħsarat żewġ vetturi oħra tat-tip Ford u Nissan flimkien ma’ mutur.
Il-karozzi ħadu n-nar qrib garaxx li ftit tax-xhur ilu kien sar ‘raid’ għad-droga fih. ONE News hu nfurmat li s’issa mhux stabilit jekk il-każ tal-karozzi l-Ħamis filgħodu għandux konessjoni mal-attivita’ kriminali li kienet qed issir f’dan il-garaxx.
Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ kontra d-drogi, kienet għamlet tfittxijiet intensivi f’garaxx fl-istess triq nhar il-25 t’Ottubru li għadda.
Ara wkoll: http://www.one.com.mt/2019/04/11/ammont-ta-vetturi-jiehdu-n-nar-fbirkirkara/