Ċans biex tiċċelebra għeluq snin Spongebob fl-akkwarju nazzjonali fost attivitajiet oħra – One News

Notifiki

Ċans biex tiċċelebra għeluq snin Spongebob fl-akkwarju nazzjonali fost attivitajiet oħra

Min-nhar is-Sibt sal-Erbgħa li ġej se jittella’ l-avveniment Nickelodean Treasure Hunt f’pajjiżna.

Fil-vaganzi tal-Għid, it-tfal Maltin se jkollhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-karattri favoriti tagħhom filwaqt li jipparteċipaw f’numru ta’ attivitajiet li se jsiru madwar il-pajjiż.

Bejn is-Sibt u l-Ħadd se jittellgħu numru ta’ spettakli mużikali interattivi fi Spazju Kreattiv u Pjazza Teatru Rjal, biex il-Ħadd fl-erbgħa ta’ waranofsinhar tittella’ parata li tibda fi Pjazza San Ġorġ, tibqa’ għaddejja fi Triq ir-Repubblika u tilħaq il-qofol tagħha fi Pjazza Tritoni.

Mit-Tnejn sal-Erbgħa, kull karattru se jkun f’lokalitajiet differenti fil-pajjiż. SpongeBob SquarePants se jkun fl-Akkwarju Nazzjonali.

Il-karattri ta’ Paw Patrol se jkunu fiċ-Ċentru tal-Esplora. It-Teenage Mutant Ninja Turtles se jkunu fis-Suq tal-Belt.
Nella The Knight se tkun fi Spazju Kreattiv.

Mit-Tnejn sal-Erbgħa, kulħadd jista’ jiltaqa’ ma’ dawn il-karattri u jieħu sehem f’attivitajiet għall-familja kollha. Fil-lokalitajiet li se jkunu fihom il-karattri, iċ-ċkejknin jistgħu jsibu kupuni li mbagħad jissarrfu f’rigali fin-Nickelodeon Animation Studio fi Spazju Kreattiv.

Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi nnota li Nickelodean hija network magħrufa mal-Maltin u l-barranin u għaldaqstant ħass li attivitajiet għall-familja kollha fil-vaganzi tal-Għid jattrattaw mhux biss lit-turisti li jiġu f’pajjiżna iżda wkoll liċ-ċkejknin Maltin u Għawdxin.

Qal ukoll li minn diversi stħarriġ li sar jidher li filwaqt li f’Malta hawn ħafna attivitajiet ta’ kultura u għaż-żgħażagħ, mhux l-istess jista’ jingħad għat-tfal, u għaldaqstant wara promozzjoni fl-Ingilterra, fi Franza, fil-Ġermanja u fl-Italja, se jittella’ dan l-avveniment f’Malta.

Din hija biss l-ewwel attività ta’ dan it-tip, bil-ħsieb hu li dan l-avveniment dejjem jikber ħalli jkun parti permanenti mill-attivitajiet kulturali tat-tfal.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend